Kienu eluf il-messaġġi li tfaċċaw fuq il-media soċjali wara t-traġedja li laqtet lill-familja ta’ Mirabelle Falzon; it-tfajla mis-Siġġiewi li lbieraħ mietet traġikament ‘il barra mill-bajja ta’ San Tumas.
Fost dawk li ħallew messaġġi fuq il-media soċjali kien hemm Miguel, ħu Mirabelle.
Hu iddeskriva lil oħtu bħala tfajla li ma tpinġijiex u li kienet tagħti qalbha għal kollox.
“Imma għala oħt? Kif kellek titlaqli daqshekk malajr?”, kiteb ħuha fuq Facebook.
Miguel stqarr li kien iħobb lil oħtu daqs dawl għajnejh, u aktar. “Mhu se ninsa l-ebda memorja li kellna flimkien. Żomm idejk fuqna”, stqarr Miguel.
//= $special ?>