Ftit tas-sigħat ilu, mara ta’ 44 minn San Ġwann weġgħet gravi wara waqgħet minn fuq sellum u ġiet ġol-gallarija.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-03:00 ta’ wara nofsinhar, fi Triq il-Fuxa, San Ġwann.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Il-vittma ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.