Meta kienet qed tiġi intervistata minn Andrew Azzopardi fuq 103FM, il-Ministru Miriam Dalli qalet li hi tinsab inkwetata minħabba din s-sitwazzjoni tal-qtugħ tad-dawl li spiċċa fiha pajjiżna għat-tieni sajf konsekuttiv – iżda fl-istess waqt insistiet li x-xogħol li sar fis-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl ħadem.
Il-Ministru Dalli pruvat tagħti l-impressjoni li n-nies qed jieħdu r-ruħ bil-generators wara l-bieb tagħhom – generators li qed jitpoġġew f’diversi lokalitajiet li spiċċaw milqgħuta mill-qtugħ tad-dawl. Bil-Ministru ma ssemmix id-diffikultà kbira li n-nies qed isibu minħabba l-ħsejjes li dawn jikkawżaw.
U saħansitra issa, anka l-generators li qegħdin jissuplixxu l-Enemalta spiċċaw waqfu milli jaħdmu .. b’generator minnhom li jinsab f’Santa Venera spiċċa bid-diesel nieżel mit-tagħmir.
//= $special ?>