Lokali

Pajjiżna jixraqlu Gvern ġdid li jippjana u jinvesti fil-provvista tad-dawl – PN

Il-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu Gvern onest u li ma jingannax bin-nies

Il-poplu Malti jixraqlu Gvern li jippjana u jinvesti fil-provvista tad-dawl, Gvern ġdid li bil-għaqal jinvesti u jagħti garanzija.

Dan hu dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali hekk kif matul l-aħħar sigħat mill-ġdid Għawdex u Malta esperjenzaw qtugħ fil-provvista tal-elettriku.

Fil-messaġġ tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li wara li s-sena l-oħra qalgħu Malta kollha, iġġamjaw it-toroq li kienu għadhom kif għamlu biex suppost ma jerġa’ qatt jiġri dak li ġara, kont taħseb li kollox tranġa.

Imbagħad kienu qalulna li hemm bżonn jonfqu miljuni kbar fuq powerstation temporanja biex jiggarantixxu li ma jinqatax id-dawl dan is-sajf, però minħabba n-nuqqas ta’ pjanar serju tal-Gvern, is-sajf ġie, però l-powerstation temporanja għadha ma waslitx.

Huwa kompla billi qal li għandna bżonn Gvern ġdid. Gvern li jkun onest. Gvern li jippjana, jinvesti u jagħti garanzija fil-provvista tad-dawl.