It-tennista u l-leġġenda Rafael Nadal ikkwalifka għall-ewwel finali tiegħu f’sentejn meta għeleb lil Duje Ajdukovic f’tlett sets biex għadda għall-finali tal-Open tal-Iżvezja.
Nadal għeleb lill-Kroat bl-isskor ta’ 3-6, 6-4, 6-4 f’partita li ħadet sagħtejn u tnax il-minuta biex laħqet it-tmiem tagħha.
Għada Nadal se jaffront lill-Portugiż Nuno Borrges li għeleb lill-Arġentin Thiago Agustin Tirante bl-iskor ta’ 6-4 6-3 fis-semi finali.
Nadal kien mistenni li jilagħab anke fil-finali tad-doubles flimkien ma’ Casper Ruud illum, madankollu Nadal ħareġ mill-isfida biez iżomm l-enerġija għall-finali t’għada.
Dan ifisser li l-dopjetta Brażiljana ta’ Orlando Luz u Rafael Matos ħadu sehem fil-finali minflokk
//= $special ?>