Ma taqta’ xejn il-kriżi tal-enerġija madwar il-pajjiż, hekk kif it-tielet lejl konsekuttiv diversi lokalitajiet reġgħu kienu mingħajr provvista tad-dawl.
F’xi rħula, id-dawl inqata’ aktar minn darba. Dan filwaqt li f’lokalitajiet oħra bħall-Gżira sa kmieni filgħodu r-residenti kienu għadhom mingħajr provvista.
Diversi zoni ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema għamlu aktar minn 10 sigħat bla dawl. Anke fil-Ħamrun, inqata’ d-dawl għal ħin twil.
Anke f’Għawdex, id-dawl inqata’ kompletament. U l-unika reazzjoni tal-Enemalta kienet din: “Qegħdin inkomplu nagħmlu ħilitna kollha biex inkomplu nsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni f’Malta u Għawdex.”
Din is-sitwazzjoni f’Għawdex qed taffettwa wkoll in-negozji u l-istabbilamenti self-catering, tant li nies li joperaw il-farm houses qed jinkwetaw minħabba li qed jitilfu l-klijenti – u jitilfu wkoll il-flus.
Il-kummenti tal-Kap tal-PN wara li dħalna fi kriżi oħra tal-enerġija
Kull jum li jgħaddi qed ngħixu realtà li eluf ta’ Għawdxin u Maltin, ta’ kuljum iqattgħu sigħat twal bla dawl.
Wara li s-sena l-oħra qalgħu Malta kollha, iġġamjaw it-toroq li kienu għadhom kif għamlu biex suppost ma jerġa’ qatt jiġri dak li ġara, kont taħseb li kollox tranġa.
Imbagħad qalulna li hemm bżonn jonfqu €46 miljun fuq powerstation temporanja biex jiggarantixxu li ma jinqatax id-dawl dan is-sajf, però minħabba n-nuqqas ta’ pjanar serju tal-Gvern, is-sajf ġie, però l-powerstation temporanja għadha ma waslitx.
Għandna Gvern li lanqas id-diċenza li jispjega lill-poplu b’mod onest x’inhu jiġri m’għandu.
Pajjiżna jixraqlu aħjar.
Int jixraqlek aħjar.
Int jixraqlek tgħix f’pajjiż fejn ikollok Gvern li jippjana u jinvesti mhux Gvern moħħu biex iberbaq u jaħli l-flus.
Int jixraqlek Gvern bil-għaqal li jinvesti biex itik garanzija tal-provvista tad-dawl.
//= $special ?>