San Ġiljan JP Projects tħabtu ftit aktar milli mistenni biex għelbu lil Birżebbuġa Freeport. Il-logħba kienet għadha pjuttost bilanċjata sa nofsha, sakemm Birżebbuġa tilfu lil Alberto Barroso bit-tielet fawl lejn tmiem it-tieni sessjoni. Sal-ewwel sessjoni u nofs, l-ebda tim ma kellu vantaġġ ta’ aktar minn gowl u saħansitra ż-żewġ timijiet kellhom il-vantaġġ tagħhom.
Fit-tieni parti tat-tieni sessjoni, San Ġiljan bdew iżidu u rnexxielhom jibnu vantaġġ b’Matthew Zammit jiskorja doppjetta fl-aħħar parti tas-sessjoni. It-tielet sessjoni bdiet b’vantaġġ ta’ 9-6 u kien biss sa nofs it-tielet sessjoni li Birżebbuġa żammew distakk ta’ tliet gowls għaliex fil-kumplament tal-logħba, San Ġiljan skorjaw seba’ gowls konsekuttivi fosthom doppjetti minn Jeremy Abela u Russell Caruana għal riżultat finali ftit kiefer ma’ Birżebbuġa.
Ta’ Xbiex Amigos irritornaw għar-rebħ u kisbu rebħa li fil-konfront l-ieħor kontra Marsaskala Optima ma kienx wasal b’telfa bl-għoti tal-penalties. Din kienet l-ewwel logħba mingħajr il-kowċ Dale Dowling wara li rriżenja fl-aħħar jiem.
Taħt it-tmexxija ta’ Jurgen Micallef, Ta’ Xbiex dejjem kellhom il-vantaġġ u bejn l-aħħar parti tal-ewwel sessjoni u t-tieni sessjoni, kabbru l-vantaġġ u daħlu jistrieħu 8-3 minn fuq. Fit-tielet sessjoni, Marsaskala naqqsu d-distakk għal 8-6 sakemm Ta’ Xbiex żammew il-ħames gowls vantaġġ sa tmiem is-sessjoni. Marsaskala pruvaw isalvaw il-logħba lejn it-tmiem iżda resqu biss sa gowl bogħod, b’Ta’ Xbiex ikkontrollaw l-aħħar sekondi.
Marsaxlokk MFF komplew bit-triq tar-rebħ u din id-darba għelbu lil Barracudas, tim li minkejja li għadu mingħajr punt, f’dan il-konfront ħabbat ftit iktar mis-soltu lill-avversarji. Dan hekk kif wara li doppjetti ta’ Ryan Galea u Julian Valletta taw vantaġġ ta’ 4-0 fl-ewwel sessjoni, Barracudas naqqsu d-distakk għal 8-3 bi tripletta ta’ Mario Guidi.
Sal-ewwel mumenti tat-tielet sessjoni, id-distakk kien 9-5. Kien hawn li Marsaxlokk bdew jinqatgħu minn mal-avversarji, bid-debuttant Fran Valera skorja tripletta. Valera qed jieħu post Dusan Vasic li ssejjaħ lura mat-tim tiegħu Radnicki. Ix-Xlukkajri komplew jikkontrollaw sat-tmiem.
SAN ĠILJAN JP PROJECTS….. 18
BIRŻEBBUĠA FREEPORT……… 8
(4-4), (5-2), (5-2), (4-0)
San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli, D. Tully (2), R. Caruana (2), A. Younger (2), M. Zammit (3), J. Bonavia (1), J. Abela (4), N. Zammit (2), D. Zammit (2), N. Schiavone, G. Borg, G. Bonavia
Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina (3), N. Cassar, B. Grech (1), S. Bezzina, M. Manara, A. Barroso (2), M. Cassar, D. Farrugia, M. Cutajar (1), M. Mannino, M. Curmi (1), S. Livori, D. Incorvaja
Referees: Alex de Raffaele, Antonio Torneo
L-EWWEL DIVIŻJONI
MARSASKALA OPTIMA……… 10
TA’ XBIEX AMIGOS……………… 11
(3-5), (0-3), (3-3), (4-0)
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, E. Manzi (5), J. Pace Mizzi (1), M. Agius, R. Greco, K. Navarro, M. Farrugia (1), K. Grech, G. Sammut, J. Ciantar (3), J. Colombo, L. Gatt, L. Brownrigg
Ta’ Xbiex: J. Micallef, J. Farrugia (1), V. Figliomeni, L. Grech Carr, F. Scardino (1), M. Jelaca (5), J. Saliba (1), A. Camenzuli (1), M. Soler, J. Culic (1), G. Gatt, P. Tabone (1), A. Theuma, T. Fenech
Referees: Neville Mercieca, Antonio Torneo
MARSAXLOKK MFF………….. 15
BARRACUDAS…………………… 6
(4-0), (4-3), (4-3), (3-0)
Marsaxlokk: M. Farrugia, A. Fava, A. Cook, B. Zammit, A. Aquilina, J. Valletta (4), R. Spiteri (2), J. Pawley, R. Galea (5), J. Borg Tabone, F. Valera (3), R. Attard (1), M. Brimmer, S. Mifsud
Barracudas: Cl. Bugeja, Ch. Bugeja (1), N. Farrugia, P. Micallef, W. Ruggier, L. Bowman, N. Rizzo, J. Schembri Young, S. Apap, M. Guidi (4), L. Pursehouse, C.J. Saliba (1), C. Borg, T. Camilleri
Referees: Stefan Licari, Andrea Doro
Kampjonat Premier
L | R | D | T | F | K | Pti | |
San Ġiljan | 6 | 4 | 2 | 0 | 95 | 52 | 16 |
Sliema | 5 | 4 | 1 | 0 | 74 | 53 | 13 |
Sirens | 5 | 3 | 0 | 2 | 52 | 54 | 9 |
Neptunes | 5 | 2 | 1 | 2 | 65 | 59 | 7 |
Valletta | 5 | 1 | 0 | 4 | 62 | 79 | 3 |
Birżebbuġa | 6 | 0 | 0 | 6 | 47 | 98 | 0 |
L-Ewwel Diviżjoni
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Marsaxlokk | 6 | 6 | 0 | 0 | 95 | 52 | 18 |
Otters | 5 | 3 | 0 | 2 | 55 | 47 | 8 |
Exiles | 5 | 3 | 0 | 2 | 65 | 51 | 9 |
Marsaskala | 6 | 2 | 1 | 3 | 65 | 61 | 8 |
Ta’ Xbiex | 6 | 2 | 1 | 3 | 61 | 67 | 7 |
Barracudas | 6 | 0 | 0 | 6 | 40 | 103 | 0 |
Logħob għal-lum: Otters v Exiles 5.30pm, Neptunes v Valletta 6.45pm, Sliema v Sirens 8.00pm
//= $special ?>