Formula 1 Sport

Suċċess għal McLaren hekk kif Norris u Piastri se jibdew fl-ewwel żewġ postijiet fil-Grand Prix tal-Ungerija

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieqa ta’ McLaren, Norris u Piastri kellhom sessjoni ta’ kwalifikazzjoni mill-aqwa hekk kif temmew fl-ewwel u fit-tieni post rispettivament, b’dan ifisser li Norris jibda fl-ewwel post fit-tellieqa t’ għada, filwaqt li Piastri jibda fit-tieni post.

Norris temm fl-ewwel post b’differenza minima ta’ 0.022 sekonda, b’ Max Verstappen jidħol fit-tielet post.

Dan ir-riżultat ifisser li Norris spiċċa fil-Pole Position għat-tielet darba fil-karriera tiegħu, kif ukoll huwa l-ewwel darba li l-McLaren kellhom żewġ sewwieqa tagħhom fl-ewwel żewġ postijiet mill-Grand Prix tal-Ingilterra fl-2012.

Lewis Hamilton ta’ Mercedes se jibda fil-ħames post, post wara Carlos Sainz ta’ Ferrari.

Prestazzjoni xejn sodisfaċenti għal George Russel ta’ Mercedes wara li temm fis-17-il post.

Charles Leclerc se jibda fis-sitt post, segwit minn Alonso ta’ Aston Martin. Sieħbu tal-istess tim Lance Stroll daħal fit-tmien post.

Daniel Riccardo u Yuki Tsunoda se jkunu l-aħħar sewwieqa li jibdew mal-ewwel għaxra f’din it-tellieqa.