Meta minn ħamest ijiem jinqata’ d-dawl f’erbgħa minnhom għandek dritt titlob spjegazzjoni u tistenna li tittieħed azzjoni immedjata bir-riżenja tal-Ministru responsabbli mill-Enemalta u taċ-Chairperson tal-Enemalta.
Hekk stqarr fuq il-midja soċjali l-President tar-Reġjun Għawdex, Samuel Azzopardi, wara li diversi Għawdxin esperjenzaw lejl ieħor bla dawl.
Azzopardi qal li quddiem sitwazzjoni bħal din tistenna li l-Ministru l-ġdid jimplimenta pjan ta’ azzjoni għal soluzzjoni effettiva.
Hu stqarr li huwa tajjeb li se jinġiebu generators f’Għawdex biex tittaffa l-problema – però dik tibqa’ soluzzjoni temporanja u xejn iktar. Ma tistenna xejn anqas minn pajjiż normali.
“Jekk il-Ministru ma tħossx li għandha tirriżenja, għandu jintervjeni l-Prim Ministru quddiem din l-inkompetenza grassa iktar u iktar fuq il-wegħdiet tas-sena li għaddiet. Xejn iktar u xejn inqas.”
Samuel Azzopardi insista li Għawdex mhux reġjun tat-tieni klassi, imma għall-Ministru responsabbli mill-Enemalta hekk donnu.
//= $special ?>