Ilbieraħ f’Monastir, Alex De Gabriele, wara r-rebħa fid-Davis Cup għal Malta u prestazzjonijiet konvinċenti f’Tuneż aktar kmieni das-sajf, waslet ukoll l-ewwel rebħa fiċ-ċirkwit tal-ITF, hekk kif De Gabriele rebaħ it-tournament tad-doubles.
De Gabriele ngħaqad gġal dan it-tournament mal-plajer Marokkin, Lalami Laaroussi. Huma kellhom prestazzjonijiet tajbin ħafna, speċjalment fis-semifinali u l-finali, hekk kif rebħu kontra plejers aktar kwotati minnhom, fosthom ir-raba’ u t-tielet seed tat-tournament rispettivament.
B’kollox, Degabriele u Lalami Laaroussi rebħu erba’ logħbiet, fejn fosthom tispikka l-logħba tal-kwarti tal-finali, meta fiha salvaw match point kontrihom biex imbagħad rebħu bl-iskor ta’ 11-9 fit-tielet set match tie break. Minn hemm ‘il quddiem ma tilfux set ieħor u rebħu l-logħob tagħhom fis-semifinali kontra t-tim mit-Turkija bl-iskor ta’ 7-6, 6-4, u l-finali kontra t-tim minn Franza bl-iskor ta’ 6-4, 7-5.
Dan kien l-ewwel titlu ghal De Gabriele fiċ-ċirkwit tal-ITF Pro. Il-parteċipazzjoni ta’ De Gabriele f’dan it-tournament kien possibbli bl-għajnuna tal-iskema International Participation Scheme ta’ SportMalta, u l-Federazzjoni tat-Tennis f’Malta, l-MTF.
//= $special ?>