Il-President tat-Turkija, Recep Tayyip Erdoğan, insista mill-ġdid li mhux lest jappoġġja l-pjan tan-Nazzjonijiet Uniti għal Stat ta’ Ċipru magħqud.
Fil-fatt, Erdogan, fl-aħħar sigħat, għamel ħiltu biex inaqqas l-entużjażmu għal dan il-pjan fost l-insistenza għal ftehim ibbażat fuq żewġ Stati – Stat għaċ-Ċiprijotti Griegi u Stat ieħor għaċ-Ċiprijotti Torok.
It-Tramuntana ta’ Ċipru ilha taħt okkupazzjoni Torka mindu l-qawwiet tat-Turkija invadew iz-zona fl-1974. Min-naħa tiegħu, il-Gvern Ċiprijott Grieg bl-ebda mod mhu lest li jċedi għal din l-art fuq bażi permanenti.
Erdogan, fl-aħħar sigħat, mar fit-Tramuntana ta’ Ċipru biex jagħmel diskors fl-okkażjoni tal-50 annniversarju tal-invażjoni li qasmet lill-Gżira-Stat f’zoni etniċi.
U fid-diskors, Erdogan eskluda taħditiet ġodda bbażati fuq il-Pjan ta’ Annan li jipproponi t-twaqqif ta’ Repubblika ta’ Ċipru magħquda – jew federazzjoni ta’ żewġ Stati.
Il-pjan, fl-2004, kien għadda minn referendum u fejn kien approvat minn 65 fil-mija taċ-Ċiprijotti-Torok. Fl-istess żmien, iżda, mal-75 fil-mija taċ-Ċiprijotti-Griegi fl-artijiet tan-Nofsinhar ċaħdu ċar u tond għad-diviżjoni proposta ta’ Ċipru.
U minn dak iż-żmien ‘il hawn, il-President Tork qatt ma deher lest għal kompromess u fejn għadu sal-lum jinsisti dwar ‘is-soluzzjoni taż-żewġ Stati aktar milli l-kunċett federali’.
Intant, ir-rimarki ta’ Erdogan mistennija jikkumplikaw l-impenji tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres, biex iwassal għal negozjati ġodda bejn ir-rappreżentanti tal-komunitajiet etniċi ta’ Ċipru,
//= $special ?>