“F*ck off – intkom amatorjali, ħallu n-nies kompetenti fl-industrija jmexxu. Intkom uffiċjalment l-akbar diżappunt. Itilqu u tersqux lejn l-Enemalta. Tajbin biss biex iċċapċpu għall-fkieren.”
Sostna dan mingħajr ebda tidwir ta’ diskors, b’mod mill-aktar ċar u tond Alex Cutajar, eks id il-leminija tal-Eks Ministru u EksmDeputat Mexxej Konrad Mizzi – li għal perjodu twil kien jifforma parti mill-istaff tal-istess Ministru… diskors indirizzat fil-konfront tal-Ministru Miriam Dalli u ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta Ryan Fava.
Cutajar attakka lill-Gvern ta’ Robert Abela li qiegħed ifarfar il-ħtija tal-kriżi tad-dawl fit-tmexxija preċedenti, dawk li ġew qabilhom filwaqt li rrefera għalihom bħala “qatta mbarazz”
Alex Cutajar ħeġġeġ lill-Ministru Miriam Dalli biex tmur tinħeba u titlaq illum qabel għada, hekk kif bl-attitudni tagħha qed jeħel Gvern sħiħ.
Huwa insista li l-Ministeru tal-Enerġija u l-Enemalta qed imexxu fi kriżi sħiħa hekk kif installaw 14-il generator li jaħdmu bid-diesel bil-konsegwenza li qed jikkawżaw tniġġis f’zoni residenzjali.
Kompla jgħid li l-Ministru Dalli għamlet sensiela ta’ fallimenti fosthom; l-iskema tal-BCRS – servizz li fost oħrajn qed iwassal għal litri sħaħ ta’ fuel moħlija biex iċ-ċittadin imur jixħet il-fliexken għal ftit ċenteżmi.
Huwa qal li hija responsabbli b’mod assolut mill-akbar ammont ta’ qtugħ fil-provvista tal-elettriku fl-istorja ta’ pajjiżna minħabba nuqqas ta’ ppjanar u nuqqas ta’ investiment fid-distribuzzjoni.
Dan filwaqt li attakka l-Project Green, responsabbli minnu l-istess Dalli, fejn stqarr li aktar kellhom banners milli siġar.
Kif ukoll ċanfar il-fatt li ma għamlet ebda ċentru ta’ distribuzzjoni jew pjanijiet konkreti għal ġenerazzjoni ta’ enerġija ġdida.