Lokali

Il-Prim Ministru jabbanduna lill-pajjiż fl-eqqel ta’ kriżi – PN

Il-Prim Ministru Robert Abela ma jimpurtah minn ħadd u minn xejn

Fl-eqqel ta’ kriżi fl-enerġija, b’eluf kbar ta’ Maltin u Għawdxin isofru għal sigħat jekk mhux ġranet twal ta’ qtugħ tad-dawl, Robert Abela ddeċieda li jmur vaganza bil-yacht tiegħu.

Waqt li l-poplu Malti u Għawdxi qed ibati u jinsab irrabjat minħabba deċiżjonijiet żbaljati ta’ Gvern Laburista, Robert Abela ħalla l-pajjiż bla tmexxija meta għażel li jmur btala u ma ħatarx Aġent Prim Ministru, skont il-Kostituzzjoni, kif normalment jiġri meta jsiefer il-Prim Ministru anke għal perjodi qosra.

Pajjiżna m’għandux jitħalla bla tmexxija sempliċement minħabba li Robert Abela ma jafdax lill-kollegi tiegħu fil-kabinett Laburista fit-tmexxija tal-pajjiż u minħabba l-ġlied intern li hemm fil-Partit Laburista.