L-14-il edizzjoni tal-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza bdiet il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju u se tiġi fi tmiemha l-Ħadd 21 ta’ Lulju, biex b’kollox kien hemm 53 siegħa ta’ logħob.
Anke fis-sħana tas-sajf, diversi persuni ngħaqdu sabiex jilgħabu diversi logħob tal-volleyball bil-għan li jgħinu lill-persuni li jingħataw l-għajnuna mingħand id-Dar tal-Providenza.
L-atleti bdew it-taħriġ tagħhom għal din il-maratona f’Ġunju, u minn dawk li ħadu sehem fit-taħriġ, 40 minnhom ġew magħżulin sabiex jipparteċipaw f’din il-maratona.
Net News żar il-maratona li kienet qed issir fid-Dar tal-Providenza stess fis-Siġġiewi, fejn tkellem ma’ diversi players u voluntiera li kienu qed jgħinu waqt din il-maratona.
Net News tkellem ukoll mad-Direttur tad-Dar tal-Providenza Fr Martin Micallef, li spjega l-importanza u l-iskop ta’ din l-attivita’.
Hu ħeġġeġ lil pubbliku sabiex iċempel u jagħti donazzjoni għal din id-dar li tant tgħin persuni fil-bżonn, filwaqt li ħeġġeġ lil kulħadd biex nittrattaw persuni b’diżabbilita’ b’rispett u b’ugwalita’.
Il-pubbliku jista jagħmel donazzjoni billi jċempel fuq dawn in-numri:
- €15 ‑ 51702012
- €25 ‑ 51802013
- €50 ‑ 51902070
- €100 ‑ 51302044
Jew inkella billi jżur il-website www.sabihlitaghti.org.
//= $special ?>