Sport Sport Ieħor

Pariġi 2024: L-aħħar preparazzjonijiet għaċ-ċerimonja tal-ftuħ

(Ritratt: EPA)

Hekk kif qegħdin biss ħamest ijiem ‘il bogħod mill-ftuħ uffiċjali tal-Olimpjadi f’Pariġi, l-organizzaturi qed jippreparaw l-aħħar arrangamenti għaċ-ċerimonja tal-ftuħ li tkun mistennija minn miljuni ta’ persuni madwar id-dinja.

L-organizzaturi wiegħdu li dan l-avveniment se jkun fost l-aħjar li qatt saru fl-istorja tal-Olimpjadi, u l-ftuħ mistenni jsir fix-xmara famuża ta’ Pariġi, ix-xmara Seine. Kuntrarju għal ħafna ċerimonji ta’ qabel li kienu jsiru fl-Istadiums.

Iċ-ċerimonja se sseħħ matul rotta ta’ sitt kilometri mix-xmara Seine u se tibda mill-pont Austerlitz u tintemm f’qalb il-ġonna, funtani u palazzi viċin it-torri Eiffel, f’Trocadero.

Huwa mistenni li jkun hemm kważi 100 dgħajsa li se jġorru ’l fuq minn 10,000 atleta, akkumpanjati minn bosta grafiki diġitali tal-ħafna monumenti storiċi f’Pariġi.

Flimkien ma’ dan l-ispettaklu, se jkun hemm anke xi artisti mużikali li l-identità tagħhom għadha mhux magħrufa, u se tinżamm sorpriża sa dakinhar.

Iċ-ċerimonja se sseħħ il-Ġimgħa 26 ta’ Lulju fis-7:30 ta’ filgħaxija.

L-ewwel nazzjon li se jiġi introdott huwa bħal dejjem il-Greċja, hu din id-darba huwa mistenni li l-istilla tal-NBA Giannis Antetokounmpo se jkun wieħed mill-flagbearers għall-Griegi din is-sena.

Bosta atleti Maltin se jikkompetu f’dawn l-Olimpjadi fosthom:

Katryna Esposito fil-Judo, Gianluca Chetcuti fl-isparar, Sasha Gatt fl-għawm, Kyle Micallef fl-għawm u Beppe Grillo fl-atletika.