Enerġija Lokali

Partijiet mill-Gżira u n-Naxxar mingħajr elettriku matul il-lejl

Bosta familji qattgħu lejl ieħor martirju mingħajr provvista tal-elettriku. Dan hekk kif partijiet mill-Gżira u n-Naxxar reġgħu għal darb’oħra kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ sfida li issa saret kważi ta’ kuljum.

Dan wara li lbieraħ meta kienet qed tiġi intervistata minn Andrew Azzopardi fuq 103FM, il-Ministru Miriam Dalli qalet li hi tinsab inkwetata minħabba din is-sitwazzjoni tal-qtugħ tad-dawl li spiċċa fiha pajjiżna għat-tieni sajf konsekuttiv – iżda fl-istess waqt insistiet li x-xogħol li sar fis-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl “ħadem”.