Sport Sport Ieħor

Rafael Nadal megħlub minn Nuno Borges fl-Open tal-Iżvezja

(Ritratt: EPA)

Rafael Nadal ikkwalifika għall-ewwel finali tiegħu f’sentejn meta għeleb lil Duje Adjukovic. Illum l-Ispanjol affronta lill-Portugiż Nuno Borges fil-finali tal-Open ta-Iżvezja, madankollu huwa tilef il-konfront hekk kif tilef żewġ sets konsekuttivi, bl-iskors ikunu 6-3 u 6-2.

B’din ir-rebħa, Borges sar il-5 plejer fl-istorja li għeleb lil Nadal ġo finali.

L-isfida li jmiss għal Nadal u Borges issa hija fl-Olimpjadi f’Pariġi.