McLaren komplew fuq il-kwalifikazzjoni tajba li kellhom is-Sibt hekk kif is-sewwieqa tagħhom Oscar Piastri u Lando Norris temmew fl-ewwel żewġ postijiet fil-Grand Prix tal-Ungerija. Din ir-rebħa hija l-ewwel waħda fil-karriera għal Oscar Piastri.
Il-veteran Lewis Hamilton kien l-aħħar sewwieq li għamel parti mill-podium, biċ-champion attwali Max Verstappen ma jkollux tiġrija mill-aqwa hekk kif temm fil-ħames post. Charles Leclerc ta’ Ferrari okkupa r-raba’ post bejn iż-żewġ rivali eterni.
Sieħbu tal-istess tim Carlos Sainz, kien is-sewwieq li daħal fis-sitt post, segwit minn Sergio Perez ta’ Red Bull. George Russel ta’ Mercedes daħal fit-tmien post.
Yuki Tsunoda ta’ RB u Lance Stroll ta’ Aston Martin kienu l-aħħar żewġ sewwieqa li temmew mal-ewwel għaxra.
Peirre Gasly ta’ Alpine ma spiċċax it-tellieqa.
//= $special ?>