Lokali

Ħadd ma jweġġa’ f’inċident li seħħ fil-Mellieħa

Il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tas-6:55pm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa, fil-Mellieħa fejn fortunatament ħadd ma sofra minn xi ġrieħi.

L-inċident seħħ bejn mutur Kimko misjuq minn raġel ta’ 23 sena residenti San Pawl il-Baħar, u vann Toyota misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti Birżebbuġa.

Tim mediku mar fil-post biex jagħti l-assistenza tiegħu iżda kemm is-sewwieqa kif ukoll il-passiġġier tal-mutur, raġel ta’ 21 sena minn Sqallija, irrifjutaw l-assistenza medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.