Il-Pulizija Kroata qed tinterroga raġel suspettat dwar sparatura f’dar għall-anzjani u li fiha nqatlu tal-anqas sitt persuni. L-isparatura seħħet fil-belt ċentrali ta’ Daruvar u fiha ndarbu wkoll numru ta’ persuni, inklużi residenti tal-kumpless.
L-aggressur kien irnexxielu jaħrab minn fuq il-post tad-delitt iżda hu nqabad mill-Pulizija li mal-ewwel kienu wettqu kaċċa intensiva għalih. Dan ukoll fost it-twaqqif ta’ checkpoints fit-toroq li jwasslu ‘l hinn minn Daruvar.
Il-Pulizija, mal-ħin, avviċinat raġel li kien qiegħed f’kafeterija lejn in-naħa t’isfel tal-belt u żammitu taħt arrest biex jgħin fl-investigazzjonijiet tagħhom.
L-ammont proprju tal-vittmi u midruba fl-attakk għadu qed ikun ikkalkulat – u meta wħud fost il-midruba huma rappurtati bħala ‘gravi’.
//= $special ?>