Lokali

Il-Kunsill Lokali tal-Mosta jiddiskuti mar-residenti u n-negozji dwar il-possibbiltà li tinbidel il-pjazza

Il-Kunsill Lokali tal-Mosta qed jikkunsidra x’passi għandu jieħu rigward il-pjazza wara li fl-aħħar xhur kienet ittieħdet id-deċiżjoni li din tingħalaq għat-traffiku fi tmiem il-ġimgħa.

Il-kunsilliera mistennija jiltaqgħu nhar it-Tlieta sabiex jieħdu deċiżjoni temporanja dwar dan hekk kif bħalissa l-pjazza tingħalaq għat-traffiku kull nhar ta’ Sibt filgħaxija u l-Ħadd.

Deċiżjoni finali għandha tittieħed wara li tkun saret konsultazzjoni mar-residenti u man-negozji tal-madwar.

Bħalissa hemm opinjonijiet differenti hekk kif uħud jippreferu li l-pjazza tibqa’ magħluqa għat-traffiku sabiex ikunu jistgħu jgawdu z-zoni ta’ quddiem ir-Rotunda, iżda oħrajn jemmnu li din għandha tinfetaħ hekk kif is-sitwazzjoni ħolqot traffiku kbir.

B’oħrajn qed jissuġġerixxu li din tingħalaq biss meta jkun hemm attivitajiet partikolari iktar milli kull nhar ta’ Sibt u Ħadd.