Lokali

Il-Ministeru tas-Saħħa jikkonferma li l-outsourcing tal-emerġenza qed isir bla pjan – PN

Gvern b'management by crisis

Il-fatt li l-Ministeru tas-Saħħa kellu jestendi d-deadline tas-sejħa li ħareġ b’urġenza dwar l-outsourcing tal-Emerġenza mill-Isptar Mater Dei huwa konferma ta’ dak li kien qal il-Partit Nazzjonalista li dan l-outsourcing kien qed isir bla pjan u dan ġara kaġun tan-nuqqas ta’ ppjanar minn dan il-gvern anki f’dan is-settur u f’dan il-każ partikolari. 

Fi stqarrijja, ix-Shadow Minister għas-Saħħa Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista għal darb’oħra jappella biex deċiżjonijiet fuq il-futur ta’ settur tant importanti jsiru bi pjan fit-tul għall-ġid tal-poplu Malti.