Sport

Is-seed numru tnejn tad-dinja tas-sooker jirbaħ l-ewwel titlu

Judd Trump rebaħ l-ewwel titlu tiegħu fix-Shanghai Masters wara li għeleb lil Shaun Murphy 11-5 fil-finali.

Trump, seed numru tnejn tad-dinja, li fis-semifinali għeleb is-seba’ darbiet champion tad-dinja Ronnie O’Sullivan, kien f’forma mill-aqwa fejn għal tliet darbiet għamel break ta’ aktar minn mija. Huwa rebaħ il-premju ta’ €250,000,

Judd Trump, kien fetaħ vantaġġ ta’ 7-3 wara l-ewwel sessjoni fejn impressjona bi break ta’ 110 li kien l-għaxar wieħed tiegħu fil-kampjonat ta’ aktar minn mija.

Shaun Murphy wieġeb b’żewġ breaks ta’ mija biex inaqqas id-distakk għal 10-5 qabel Trump issiġilla l-ewwel titlu tiegħu tal-istaġun 2024-25.

Trump ikkummenta li Shanghai Masters huwa wieħed mill-aqwa ħames avvenimenti tal-istaġun, għalhekk li rebaħ dan it-Tournament huwa bidu mill-aqwa għall-istaġun.