Sport

Jirbaħ it-Tour de France Tadej Pogacar tas-Slovenja

Il-111-il-Edizzjoni tat-Tour de France ntemmet bil-21 stadju f’tellieqa kontra l-ħin fuq distanza ta’ 33.7 fir-rotta bejn Montecarlo u Nizza. Suċċess għal Tadej Pogacar tas-Slovenja għal UAE Team Emirates li għamel ir-rotta fl-aħjar ħin f’45 minuta u 24 sekonda u li biħ fl-aħħar ġurnata ta’ kompetizzjoni kabbar id-distakk fil-klassifika finali fejn għalaq b’total ta’ 83 siegħa 38 minuta u 56 sekonda.

Fit-tieni post kontra l-ħin b’distakk ta’ minuta u tliet sekondi minn Pogacar, temm id-Daniż Jonas Vingegaard għal Visma Lease a Bike, li fil-klassifika ġenerali temm fit-tieni post b’distakk ta’ sitt minuti u 17-il sekonda.

Fit-tielet post l-istess bħal fil-klassifika ġenerali, daħal Remco Evenepoel tal-Belġju għal Soudal Quick Step b’distakk ta’ minuta u 14-il sekonda, filwaqt li fil-klassifika ġenerali temm b’differenza ta’ 9 minuti u 18-il sekonda minn Pogacar.