Lokali

L-Enemalta tirreferi għall-kummenti dwar il-qtugħ ta’ dawl bħala propaganda

Wara l-pressjoni li qed issir quddiem il-fatt li għal dawn l-aħħar jiem, mijiet u eluf ta’ familji spiċċaw ibatu fis-sħana li qed iġib miegħu s-sajf f’pajjiżna minħabba l-qtugħ ta’ dawl, l-Enemalta qalet li l-kummenti li qed isiru mhuma xejn għajr propaganda.

F’post fuq Facebook, l-Enemalta tat x’tifhem li l-kummenti ta’ propaganda qed ikomplu jżidu mal-pressjoni u l-kundizzjonijiet xejn faċli li l-ħaddiema qed jaffaċċjaw.

Kritika għal din is-sitwazzjoni li saħansitra saret minn Alex Cutajar, eks id il-leminija tal-Eks Ministru u Eks Deputat Mexxej Konrad Mizzi – li għal perjodu twil kien jifforma parti mill-istaff tal-istess Ministru fejn appella biex “iħallu n-nies kompetenti jmexxu – tersqux lejn l-Enemalta”.

Meta s-Sibt kienet qed tiġi intervistata minn Andrew Azzopardi fuq 103FM, il-Ministru Miriam Dalli qalet li hi tinsab inkwetata minħabba din is-sitwazzjoni tal-qtugħ tad-dawl li spiċċa fiha pajjiżna għat-tieni sajf konsekuttiv – iżda fl-istess waqt insistiet li x-xogħol li sar fis-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl “ħadem”.