Sport

Paul Zammit jirbaħ l-unur tal-aqwa kowċ fl-MFCA Awards

Ritratt: Ruben Parnis

Il-kowċ ta’ Sliema Wanderers Paul Zammit rebaħ l-unur tal-aqwa kowċ tal-kampjonat Premier tal-istaġun li għadda meta l-Erbgħa filgħaxija saru l-MFCA Awards fic-Centenary Hall f’Ta’ Qali.

Fit-tieni post ta’ din il-kategorija spiċċa Winston Muscat ta’ Marsaxlokk.

Clive Mizzi ta’ Melita rebaħ l-unur tal-aqwa kowċ tal-BOV Challenge League segwit minn Emilio Cornago ta’ Żabbar St Patrick.

Fl-Izibet Amateur League, George Magri ta’ Mtarfa u Brian Spiteri ta’ Mġarr United spiċċaw fl-ewwel u t-tieni post rispettivament.

Aktar unuri li ntrebħu kienu dawn:

Under 15 – Marko Rajic

Under 17 – Kevin Gambin

Youth League – Matthew Psaila.

L-aqwa kowċ tan-nursery – Noel Turner.

Gozo First Division – Darko Stojanovic

Gozo Second Division – Davor Filipovic.

L-aqwa goalkeepers’ coach – Romeo Schembri.

L-aqwa kowċ tan-nisa – Jose Borg.

L-aqwa plejer tan-nisa – Brenda Borg.

L-aqwa kowċ tal-irġiel – Luke Montebello

It-tim tas-sena – It-tim nazzjonali tan-nisa.

President’s Awards – Carmelo Bartolo.

Ritratt: Ruben Parnis