Il-midfielder ta’ 22 sena Shaun Dimech issieħeb mat-tim tal-Kampjonat Premier Birkirkara. Dimech li diġà lagħab aktar minn 130 partita, se jkun qed jissieħeb mal-istripes wara li t-trasferiment tiegħu mat-tim mill-Bosnija, Borja Banja Luka, sfaxxa fix-xejn.
Ix-xahar li għadda Dimech isseħeb mat-tim mill-Bosnija bl-għan ikun li jkompli l-karriera tiegħu barra minn pajjiżna iżda minħabba raġunijiet ulterjuri dan it-trasferiment kellu jisfaxxa.
Wara staġun diżappuntanti ma’ Valletta, Dimech se jkun qed jittama li dan l-istaġun ikun wieħed differenti u anke qed jittama li jissejaħ lura fl-iskwadra tat-tim nazzjonali.
//= $special ?>