Lokali

Żewġ żgħażagħ u tlett itfal isofru xi ġreħi wara inċident tat-traffiku viċin l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Żewġ tfajliet u tifel ta’ 10 snin sofrew ġrieħi gravi wara li vettura ħabtet ma’ lqugħ li jifforma parti mill-perimetru tal-ajruport.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-18:30, fi Triq l-Industrija, f’Ħal Kirkop meta għal xi raġuni mara ta’ 31 sena, residenti Santa Venera, tilfet il-kontroll ta’ Mercedes Benz GLC li kienet qed issuq b’konsegwenza li l-vettura ħabtet ma’ lqugħ li jifforma parti mill-perimitru tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Passiġġiera fl-istess vettura kien hemm tfajla ta’ 21 sena, tfajla ta’ 15-il sena, tifla ta’ 7 snin u
żewġ subien ta’ 12 u 10 snin.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard it-tfajliet ta’ 21 sena u 15-il sena flimkien mat-tifel ta’ 10 snin kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi filwaqt li l-persuni l-oħra kienu ċċertifikati bi ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.