Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara inċident fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta hekk kif kien vittma ta’ hit and run.
Anzjan ta’ 86 sena residenti l-Mosta ttieħed l-isptar wara li nhar it-Tnejn għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar weġġa’ wara inċident ma’ vettura tal-għamla Toyota.
Minkejja li l-Pulizija ma sabux il-vettura malli waslu fuq il-post, huma sabuha ftit minuti biss wara l-inċident f’garaxx viċin fejn seħħ l-inċident.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei pfejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Intant ix-xufier tal-karozza, raġel ta’ 75 sena residenti l-Mosta wkoll, qed jinżamm mill-Pulizija b’rabta ma’ l-investigazzjonijiet li hemm għaddejjin.
//= $special ?>