Lokali

Chayenne Riolo nominata għal rwol fi ħdan l-akbar Għaqda Studenteska Ewropea

Iż-żagħżugħa Chayenne Riolo, ta’ 22 sena, ġiet nominata mill-għaqda Studenti Demokristjani Maltin (SDM) għall-pożizzjoni ta’ Viċi President tal-European Democratic Students Bureau (EDS).

L-EDS hija l-akbar għaqda taż-żgħażagħ fl-Ewropa kif ukoll parti mill-Partit Ewropew, il-Partit Popolari Ewropew (EPP).

Dan filwaqt li tirrappreżenta madwar 600,000 student minn madwar 30 stat membru Ewropew.

Preżentament, iċ-Chairman tal-EDS huwa Beppe Galea, li huwa wkoll jokkuppa l-pożizzjoni ta’ Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista.

Intant, fuq il-midja soċjali, Riolo sostniet li tinsab kburija u li ċertament huwa ta’ unur għaliha li ġiet nominata għal dan ir-rwol tant prestiġjuż.

Hija rringrazzjat fost oħrajn lill-SDM li wrew il-fiduċja fiha, organizzazzjoni li ilha parti minnha għal dawn l-aħħar seba’ snin.