Wara l-pressjoni li saret mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, il-Ministru Miriam Dalli li hija responsabbli mill-kriżi tal-qtugħ tad-dawl, assigurat li dawk affettwati se jingħataw kumpens.
F’kumment li għaddiet ftit tas-sigħat wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista indirizza lin-nazzjon, hija spjegat li l-iskema li tħaddmet is-sena li għaddiet se terġa’ tidħol fis-seħħ din is-sena.
Dan wara li fl-aħħar ġimgħat il-poplu Malti u Għawdxi esperjenza qtugħ fil-provvista tal-elettriku lejl wara l-ieħor f’temperaturi mill-aktar għoljin kaġun tan-nuqqas ta’ investiment fid-distribuzzjoni tal-elettriku tant li wħud mil-lokalitajiet qattgħu ‘l fuq minn 24 siegħa bla dawl.
Kien għalhekk li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sostna li Miriam Dalli għandha terfa’ responsabbiltà politika, dan wara li s-sena li għaddiet f’sitwazzjoni simili assigurat li din is-sena mhux se jkollna qtugħ fil-provvista tal-elettriku.
Għaldaqstant, jidher li l-Gvern ta’ Robert Abela m’għandux soluzzjoni fit-tul sabiex jindirizza l-kriżi li pajjiżna qed jaffaċċja fis-settur tal-enerġija tant li spiċċa jikri tal-anqas 50 generator li jaħdmu bid-diesel kif ukoll se tintuża powers tation li taħdem bid-diesel.
Apparti minn hekk, f’artiklu ppubblikat minn The Shift News, ġie żvelat li l-poplu qed iħallas madwar €10,000 fis-siegħa għal dawn il-generators li tfisser madwar €600 għal kull generator li jitħaddem. Dan l-ammont jeskludi d-diesel li qed tissupplixxi l-Enemalta sabiex jitħaddmu dawn il-generators.
//= $special ?>