Tħabbret il-mewt tal-artist rinomat Mark Mallia ta’ 59 sena, li nhar il-Ħadd li għadda ddaħħal l-Isptar Mater Dei b’urġenza wara li sofra kumplikazzjonijiet bi qtugħ ta’ arterja fil-moħħ li kkawżatlu telf ta’ demm li eventwament wasslet għall-mewt tiegħu jumejn wara.
Mallia kien meqjus bħala artist pjuttost ribelluż u ċertament wieħed mill-aktar kreattivi f’Malta.
Hu twieled f’Tal-Pietà fl-20 ta’ April tal-1965, u minbarra ħafna xogħlijiet u wirjiet ta’ arti f’Malta, ħadem f’Monaco, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti tal-Amerika.
Fi Frar li għadda Mark Mallia, missier ta’ tlett itfal, kien irnexxielu jirkupra minn attakk tal-qalb u baqa’ għaddej bil-ħajja artistika tiegħu, li kienet l-ikbar passjoni ta’ ħajtu.
Fost bosta ħbieb li appellaw għat-talb għalih hekk kif ħarġet l-aħbar li ddaħħal fit-Taqsima għall-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei b’urġenza l-Ħadd li għadda, kien hemm Bjorn Formosa li qal li permezz tal-arti tiegħu, Mark Mallia kien jgħin ħafna lil Dar Bjorn.
//= $special ?>