Sport

L-ewwel attivitajiet uffiċjali għall-President Emmanuel Macron fl-Olimpijadi

L-ewwel attivitajiet uffiċjali għall-President Emmanuel Macron erbat ijiem mill-ftuħ tal-Olimpijadi f’Pariġi saru fil-Palazz Presidenzjali, f’Champs Elysees.

Waqt laqgħa mal-midja internazzjonali akkreditati għall-Olimpijadi, Macron għamel riferenza li s-suċċess huwa garantit u riżultat ta’ seba’ snin ta’ xogħol kontinwu.

Preżenti wkoll il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, Thomas Bach, li ma naqasx milli jagħmel riferenza għall-faċilitajiet li se jintużaw għall-Olimpijadi, inkluż il-villaġġ Olimpiku.

Għal-laqgħa mal-midja internazzjonali kien hemm preżenti wkoll Tony Estanguet, Chairman tal-Kumitat Organizzattiv tal-Olimpijadi, il-Ministru tal-Isport Amelie Oudea Castera kif ukoll Gianni Merlo, President tal-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Midja tal-Isport li din is-sena f’Pariġi se tkun qed tiċċelebra l-100 sena mit-twaqqif tagħha.