Lokali

Miriam Dalli ma tattendix għal dibattitu fuq il-kriżi tad-dawl

Il-Ministru responsabbli mill-kriżi tal-qtugħ tad-dawl, Miriam Dalli, ma laqgħetx l-istedina li saret mill-programm perspettivi għal dibattitu max-shadow minister tal-enerġija Ryan Callus.

Dan wara li għal dawn l-aħħar ġimgħat numru ta’ lokalitajiet f’Malta u Għawdex esperjenzaw qtugħ tal-provvista tal-elettriku għal sigħat sħaħ f’temperaturi mill-aktar għoljin – b’lokalitajiet saħansitra jagħmlu ‘l fuq minn 24 siegħa bla dawl.

Intant, din hija konferma oħra li l-Gvern ta’ Robert Abela m’għandux soluzzjoni fit-tul għal dan is-settur għajr għal generators u power station temporanja li taħdem bid-diesel