Lokali

Tliet persuni jingħataw assistenza medika wara emerġenza fuq tanker taż-żejt

Tliet persuni ġew salvati minn fuq tanker taż-żejt mill-Forzi Armati ta’ Malta wara li kellhom bżonn assistenza medika. Il-membri tal-ekwipaġġ ntilfu minn sensihom minħabba li weħlu f’tank tal-idrokarburi.

Iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tas-Salvataġġ ta’ Malta, Tim tal-Ajru tal-Forzi Armati ta’ Malta kif ukoll Uffiċjal Mediku tal-Forzi Armati ta’ Malta marru fuq il-post biex iwettqu dan is-salvataġġ it-Tnejn waranofsinhar.

Il-vittmi kollha nġabu Malta u qegħdin jingħaw l-assistenza mingħand staff mediku.