Wara li l-Papa Franġisku nħar il-Ħadd li għadda fl-indirizz tiegħu lil-folla fi Pjazza San Pietru, għamel riferenza għal waqfien mill-ġlied waqt li jkun għaddej il-Logħob Olimpiku, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Antonio Guterres appella għall-“paċi għal kulħadd”.
Dan f’messaġġ awdjoviżiv ta’ Guterres li se jintwera fiċ-ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob Olimpiku.
Huwa għamel enfasi li fl-ispirtu tat-Tregwa Olimpika li tfisser waqfien mill-ġlied, jappella lil kulħadd biex iwarrab l-armi, jibni pontijiet, irawwem is-solidarjetà u fuq kollox għall-għan aħħari: il-paċi għal kulħadd .
//= $special ?>