Lokali Qorti

BARRA L-QORTI: Fearne ma jikkummentax, u jgħid li jrid jaqra d-digriet

Chris Fearne, Joseph Muscat u Robert Abela

“Irrid nara d-digriet tal-Qorti.”

Dawn kienu l-uniċi kummenti li lissen Chris Fearne ma’ Net News barra l-Qorti wara li llum tpoġġa’ formalment taħt att t’akkuża b’rabta mas-serqa tat-tliet sptarijiet; serqa li swiet lill-poplu Malti u Għawdxi miljuni kbar ta’ ewro.

Mal-mikrofonu ta’ Net News, Fearne ma wieġeb għall-ebda domanda.

Staqsjenih fost l-oħrajn jekk hux se jżomm is-siġġu Parlamentari u jekk hux se jibqa’ Deputat Mexxej tal-Labour – iżda hu baqa’ jirrepeti li jrid jara d-digriet li nħareġ mill-Qorti.