Lokali

Chris Fearne se jżomm is-siġġu Parlamentari

Se jibqa' Deputat Mexxej tal-Labour sa Settembru

L-Eks Deputat Prim Ministru Chris Fearne se jżomm is-siġġu tiegħu fil-Parlament man-naħa tal-Gvern, u se jibqa’ bħala Membru Parlamentari Laburista.

Kien Chris Fearne nnifsu kkonferma dan fuq il-midja soċjali aktar kmieni llum, meta stqarr li anke l-pożizzjoni ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament se jżommha sa Settembru.

Fi kliem sempliċi, wara li tpoġġa’ taħt att ta’ akkuża, donnu kollox business as usual għall-Partit Laburista.