Lokali

Dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat għax potenzjalment ikkontaminat bis-salmonella

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, il-prodott Gandoffi mingħajr qoxra u msajrin, m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bis-Salmonella Ohio.

Il-prodott, Gandoffli mingħajr qoxra u msajrin, huwa prodott iffriżat u l-isem tal-prodott fuq it-tikketta huwa Vongole Cotte e Sgusciate tad-ditta Carrefour Classic Lott: 4088. Id-data tad-Durabilità hija sa Ġunju 2025 u jiżen 250g.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar, jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt.