Lokali

Il-Pulizija tarresta 11-il persuna minn residenza fil-Birgu

Wara jiem ta’ sorveljanza, f’ħidma koordinata mill-Pulizija wasslet għall-arrest ta’ 11-il persuna minn residenza fil-Birgu. Dawn il-persuni nstabu kollha jgħixu fil-pajjiż b’mod irregolari. In-nazzjonalitajiet ta’ dawn il-persuni huma mill-Bangladesh, mill-Gambja u s-Senegal.

Il-persuni ttieħdu kollha f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm isiru t-tħejjijiet neċessarji biex jiġu ritornati fil-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew fil-pajjiż li għandhom permess jirrisiedu fih.