Sport

Ir-relay tat-Torċa Olimpika fil-forma tal-itwal dgħajsa tal-qdif fid-dinja

Ir-relay tat-Torċa Olimpika ngħatat dehra differenti hekk kif kienet fil-forma tal-itwal dgħajsa tal-qdif fid-dinja.

It-Torċa Olimpika nġarret fuq Stampfli 24 Express, l-itwal dgħajsa tal-qdif fid-dinja, li hija unika għal bosta fatturi. Ir-rotta kienet ’l isfel minn taqsima tax-Xmara Marne, eżatt fil-lvant ta’ Pariġi.

Stampfli 24 hija dgħajsa unika. Filwaqt li l-massimu tal-qaddiefa fil-kompetizzjonijiet huwa ta’ tmienja, din tieħu 24 persuna abbord, flimkien ma’ coxswain, il-persuna responsabbli min-navigazzjoni u l-isteering fuq dgħajsa.

B’tul ta’ 40 metru, id-dgħajsa tiġi f’sitt biċċiet biex jiġu mmuntati biex jiffurmaw dgħajsa waħda tal-qdif u l-itwal waħda possibbli.

Il-manifatturi Żvizzeri, Stampfli Racing Boats, jagħmlu dgħajjes tradizzjonali għal kompetizzjonijiet uffiċjali iżda l-24 Express hija waħda ta’ tip magħmula biex tintuża biss għal okkażjonijiet specjali.

Fir-relay tat-Torċa Olimpika kienet waħda mill-attrazzjonijiet issa li t-Torċa, għada l-Ġimgha 26 ta’ Lulju, tasal fix-xmara Seine għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ.