Internazzjonali

It-tifun Gaemi jħalli ħerba fit-Tajwan

It-tifun Gaemi ħasad il-ħajja ta’ mara wara li ntlaqtet minn siġra li waqgħet kaġun tar-riħ qawwi. Dan apparti li 58 persuna spiċċaw midruba.

Ix-xita u riħ qawwi laqtu wkoll il-Fillipini, fejn il-kapitali Manila ġiet milquta minn għargħar. Minħabba f’hekk, tħassru l-eżerċizzji militari u ‘l fuq minn 200 titjira internazzjonali.

L-ixkafef tas-supermarkets fic-Ċina wkoll spiċċaw vojta hekk kif ir-residenti kienu qed iħejju għal żidiet fil-prezzijiet. Fl-istess waqt, it-tifun Gaemi se jkompli jġib miegħu maltempati kbar u jikkawża iktar danni.