Lokali

Logħba bil-Malti li tgħin persuni bid-dimensja

Logħba li ġiet żvilupata kollha kemm hi mill-Maltin f’pajjiżna stess u li tgħin nies bid-dimensja, se tkun qed tiġi mnedija fil-jiem li ġejjien.

Net News tkellem ma’ Carlos Stivala, il-Kap Eżeukuttiv ta’ FITA, li spjegalna fiex tikkonsisti din il-logħba diġitali.

Il-logħba ‘Nitgħalmu Flimkien’ se jkun fiha ħafna sezzjonijiet differenti, fosthom kontenut marbut mal-ikel.

Din il-logħba mhux biss hija ta’ interess għal nies b’diżabbiltà, imma hija wkoll interesanti għal min jixtieq li jitgħallem xi kliem sempliċi bil-Malti.

Din il-logħba bħas-servizzi kollha ta’ FITA, hija b’xejn u se tkun imnedija fil-jiem li ġejjien kemm fuq il-website tagħhom kif ukoll fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook.

Carlos Stivala spjegal li l-ħaddiema kollha għinu lil Joseph Mark Caruana, li kien il-moħħ wara dn il-logħba, biex din tkun iktar attraenti u moderna.

Intant, il-FITA se tkun qed tintroduċċi proġetti oħra fosthom smarthome li jgħin lil bosta persuni f’każ li dawn ikollhom xi inċident, bil-għan li kemm l-anzjani kif ukoll persuni b’diżabbiltà jkunu jistgħu jgħixu ħajja aktar indipendenti.