Internazzjonali

New Zealand: Xokk nazzjonali dwar snin ta’ abbuż tat-tfal u ta’ persuni vulnerabbli

Il-pajjiż jinsab ixxukkjat bir-riżultat ta’ investigazzjoni li damet sitt snin u li fi kliem il-Prim Ministru Christopher Luxon, ‘qed jirrifletti jum iswed fl-istorja tas-soċjetà fi New Zealand’.

L-investigazzjoni żvelat li mal-200,000 tfal, żgħażagħ u adulti vulnerabbli kienu sofrew diversi forom ta’ abbuż u anki tortura waqt li kienu residenti f’istituzzjonjiet immexxija mill-Istat u l-gruppi reliġjużi.

Qed jingħad li l-abbużi jmorru lura għal 70 sena u li wieħed minn kull tlett itfal f’dawn l-istituzzjonijiet sofrew minn xi abbuż  bejn l-1950 sal-2019, L-investigazzjoni żvelat li t-tfal kienu suġġetti għall-istupru u anki xokkijiet tal-elettriku – b’numru sinifikanti jkunu sfurzati għal xogħol li ma kenux jifilħu għalih.

Intant, ħafna mit-tfal u persuni oħra abbużati kienu ġejjin mill-komunitajiet żvantaġġjati jew marġinalizzati – fosthom il-komunitajiet tal-Maori u oħrajn fiz-zoni tal-Paċifiku, Fl-istess ħin, ħafna persuni bi bżonnijiet speċjali kienu wkoll maltrattati ‘taħt is-sistema prattikata fl-istituzzjonijiet.’

Id-dettalji ngħataw mill-Kummissjoni ta’ Inkjesta bl-isem Abuse in Care Royal Commission of Inquiry – u meta r-rapport finali pubblikat segwew snin ta’ investigazzjonijiet dwar l-esperjenzi koroh li għaddew minnu xi 3,000 persuna,