L-Uffiċċju tas-Segretarju Permamenti Ewlieni rċieva r-riżenja tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Ronald Mizzi.
Fl-ittra tiegħu, Mizzi qal li huwa fiduċjuż li fil-Qorti se joħorġu fatti li jiskulpawh, iżda jemmen li f’dan il-mument, din hija l-iktar għażla personali li tagħmel sens u li tirrispetta lill-amministrazzjoni pubblika.
Ronald Mizzi, flimkien ma’ Chris Fearne, Edward Scicluna, u għadd ta’ persuni oħra, tpoġġew taħt att ta’ akkuża b’riżultat li se jkunu qed jgħaddu ġuri b’rabta mal-każ tat-tliet sptarijiet li kienu ngħataw lil Vitals.
Filwaqt li Mizzi rriżenja mill-pożizzjoni tiegħu, id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u Eks Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, Edward Scicluna, għadhom jokkupaw ir-rwoli tagħhom. Robert Abela għadu fis-silenzju.
Intant, Nancy Caruana, se tibda sservi fil-kariga ta’ Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi. Hi kienet qed tokkupa l-kariga ta’ Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u s-settur tal-Volontarjat, liema rwol se jkun qed jassumih is-Segretarju Permanenti Mark Musu b’żieda mar-rwol li għandu llum.
//= $special ?>

