Sliema Frank Salt affermaw il-pożizzjoni tagħhom bħala sfidanti għar-rebħ tal-kampjonat filwaqt li tefgħu lil Neptunes Videoslots f’aktar problemi. Il-kollettiv kien fattur determinanti fit-tim Slimiż hekk kif dejjem kienu pass qabel l-avversarji, b’Neptunes dehru nieqsa mill-kattiverja sportiva li jirbħu konfront importanti.
It-tliet gowls vantaġġ fl-ewwel sessjoni servew biex Sliema kellhom il-kontroll tal-logħba. Neptunes wettqu żewġ reazzjonijiet u naqqsu d-distakk għal 3-2 u 5-4 fit-tieni u t-tielet sessjoni rispettivament. Kienet doppjetta taż-żagħżugħ Jayden Cutajar u gowl ta’ Elijah Schembri bejniethom li tefgħet lil Sliema 8-4.
Hawn reġgħet waslet reazzjoni parzjali ta’ Neptunes li żammew it-tliet gowls distakk b’tama għal rimonta fl-aħħar sessjoni li sa dak il-ħin dehret improbabbli. Huma fallew xi okkażjonijiet li bihom setgħu joqorbu lejn l-avversarji iżda r-raba’ gowl personali ta’ Cutajar u l-gowl ta’ Giacomo Cannella lejn nofs l-aħħar sessjoni, qatel it-tamiet ta’ Neptunes.
San Ġiljan JP Projects wieġbu għar-rebħa ta’ Sliema b’rebħa komda fuq Valletta Izibet. Għalkemm ma ddominawx bħal kif għamlu fl-aħħar dwell bejniethom, San Ġiljan kienu superjuri b’mod speċjali mill-aħħar mumenti tat-tieni sessjoni sat-tmiem.
Tliet gowls lejn tmiem l-ewwel sessjoni poġġew lil San Ġiljan 6-4 minn fuq u wara li Valletta ġabu d-draw fit-tieni sessjoni, San Ġiljan reġgħu ħadu vantaġġ doppju u permezz ta’ tliet penalties, ħadu vantaġġ ta’ 11-7 li Valletta ma rkupraw qatt minnu. Id-distakk kiber għal 15-8 fit-tielet sessjoni, b’Valletta rnexxielhom jillimitaw id-danni bi tliet gowls konsekuttivi. Ix-xalata ta’ gowls kompliet fl-aħħar sessjoni, b’San Ġiljan dejjem aħjar mill-avversarji.
Marsaxlokk MFF saħħew posthom fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni. Wara li Ta’ Xbiex Amigos ħadu l-vantaġġ darbtejn fl-ewwel sessjoni, Marsaskala ħadu vantaġġ minimu iżda għal ħin twil iż-żewġ timijiet baqgħu qrib xulxin. Doppjetta ta’ Ryan Galea u gowl ta’ Fran Valera tat vantaġġ ta’ 7-4 lil Marsaxlokk liema vantaġġ iżda niżel 8-7 sa tmiem is-sessjoni.
Ix-Xlukkajri baqgħu fil-kontroll tal-logħba għalkemm il-gowl ta’ Francesco Scardino lejn tmiem it-tielet sessjoni, ħalla lil Ta’ Xbiex b’tama żgħira ta’ rimonta. Madankollu doppjetta ta’ Ryan Galea fil-bidu tal-aħħar sessjoni aċċertat ir-rebħa, b’Marsaxlokk anki jkabbru l-marġni tar-rebħa sat-tmiem.
SLIEMA FRANK SALT……….. 12
NEPTUNES VIDEOSLOTS…. 10
(3-1), (2-2), (5-4), (2-3)
Sliema: N. Grixti, E. Schembri (2), L. Galea, J. Gambin, G. Cannella (4), B. Cachia, J. Cutajar (4), D. Rizzo (1), J. Brownrigg (1), A. Galea, Z. Mizzi, D. Zammit, M. Castillo, J. Cassar
Neptunes: A. Borg Cole, D. Kholod (2), S. Gialanze (1), G. Pace, J. Camilleri (1), L. Mallia, S. Camilleri (4), M. Castillo, J. Muscat (1), J. Bajada (1), A. Fenech, E. Mallia, M. Rossi, D. Bugeja
Referees: Matteo Giacchini, Michele Campora
SAN ĠILJAN JP PROJECTS…. 22
VALLETTA IZIBET…………….. 15
(6-4), (6-4), (4-3), (6-4)
San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (1), D. Tully, R. Caruana (1), A. Younger (3), M. Zammit (4), J. Bonavia (1), J. Zammit, J. Abela (2), N. Zammit (4), D. Zammit (2), N. Schiavone (3), G. Borg, G. Bonavia (1)
Valletta: B. Busuttil, M. Mifsud (3), J. Sciberras (1), S. Busuttil (2), K. Borg (1), M. Zammit (2), I. Nagaev (5), S. Micallef (1), A. Agius, M. Chircop, K. Cremona, A. Bugeja, C. Mercieca
Referees: Peter Balzan, Michele Campora
MARSAXLOKK MFF……… 18
TA’ XBIEX AMIGOS………. 10
(4-3), (4-4), (4-2), (6-1)
Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon (3), A. Cook (2), B. Zammit, A. Aquilina, J. Valletta (2), R. Spiteri, J. Pawley, R. Galea (5), J. Borg Tabone, F. Valera (4), R. Attard (1), A. Fava, S. Mifsud (1)
Ta’ Xbiex: J. Micallef, J. Farrugia (1), V. Figliomeni, L. Grech Carr (1), F. Scardino (2), M. Jelaca (3), J. Saliba, A. Camenzuli (1), M. Soler, J. Culic (1), G. Gatt, P. Tabone (1), A. Theuma, T. Fenech
Referees: Matteo Giacchini, Ronnie Spiteri
Kampjonat Premier
L | R | D | T | F | K | Pti | |
San Ġiljan | 7 | 5 | 2 | 0 | 117 | 67 | 19 |
Sliema | 7 | 6 | 1 | 0 | 98 | 69 | 19 |
Sirens | 7 | 4 | 0 | 3 | 71 | 71 | 12 |
Neptunes | 7 | 3 | 1 | 3 | 86 | 80 | 9 |
Valletta | 7 | 1 | 0 | 6 | 86 | 112 | 3 |
Birżebbuġa | 7 | 0 | 0 | 7 | 52 | 111 | 0 |
L-Ewwel Diviżjoni
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Marsaxlokk | 7 | 7 | 0 | 0 | 113 | 62 | 21 |
Exiles | 7 | 5 | 0 | 2 | 96 | 68 | 15 |
Marsaskala | 7 | 3 | 1 | 3 | 76 | 69 | 11 |
Otters | 7 | 3 | 0 | 4 | 72 | 69 | 8 |
Ta’ Xbiex | 7 | 2 | 1 | 4 | 71 | 85 | 7 |
Barracudas | 7 | 0 | 0 | 7 | 48 | 123 | 0 |
Logħob li jmiss
Il-Ġimgħa 26 ta’ Lulju
Otters v Barracudas 6.00pm, Marsaxlokk v Marsaskala 7.15pm, Sirens v Valletta 8.30pm
Is-Sibt 27 ta’ Lulju
Exiles v Ta’ Xbiex 5.30pm, San Ġiljan v Neptunes 6.45pm, Sliema v Birżebbuġa 8.00pm
//= $special ?>