Aktar persuni qed jitfgħu pressjoni fuq il-Prim Ministru “qabel jisfronda kollox”.
Dan wara li għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, Eks Deputat Prim Ministru tpoġġa’ taħt att ta’ akkuża b’rabta ma’ skandlu ta’ korruzzjoni u frodi.
Wara dak li seħħ fil-Qorti, il-Professur Andrew Azzopardi appella lill-Prim Ministru biex dan is-sajf jinsa d-dgħajsa tiegħu u jaħseb fil-pajjiż.
“Il-kriżi istituzzjonali li qed fiha dan il-pajjiż qatt ma rajna bħalha – naħseb aħjar nankraw ftit id-dgħajjes, jiftaħ il-Parlament u nippruvaw inħollu ftit mill-kobba qabel ma jisfronda kollox”, sostna Andrew Azzopardi fuq il-midja soċjali.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech minn naħa tiegħu appella sabiex il-Prim Ministru jieħu azzjoni fil-konfront tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali u tas-Segretarju Permanenti Ronald Mizzi ħalli minnufih jitneħħew mill-karigi tagħhom. Dan wara li, bħal Fearne, tpoġġew taħt att ta’ akkuża.
//= $special ?>