Disa’ persuni mietu u erbgħa oħra ġew rappurtati nieqsa wara li dgħajsa tas-sajd Spanjola, bl-isem Argos Georgia, għerqet 200 mil ‘il barra mill-Falklands.
L-ekwipaġġ ta’ 27 membru li ġejjin minn Spanja, ir-Russja, l-Indonesja, il-Perù u l-Urugwaj, telgħu f’rafters tas-salvataġġ hekk kif il-vapur beda jegħreq.
Ħelikopter militari ħareġ sabiex jgħin fit-tfittxija, iżda kellu jirritorna lura minħabba l-kundizzjonijiet ħziena tat-temp.
Minkejja l-ħidma kontinwa ta’ salvataġġ, 14-il persuna biss ġew salvati. Madanakollu, it-tfixxija għadha għaddejja għall-persuni li għadhom nieqsa.
//= $special ?>

