Ir-Russja u ċ-Ċina użaw l-ajruplani ‘bombers’ għal patrol speċifiku mill-qawwiet tal-ajru rispettivi minn fuq l-Oċean Paċifiku u l-Baħar ta’ Bering, qrib il-kosta tal-Alaska.
Intant, iċ-Ċentru ta’ Kmand għad-Difiża tal-Ispazju tal-Ajru tal-Istat Uniti u l-Kanada (NORAD) qal li l-bombers – li kienu interċettati huma u għaddejjin mir-rotta – ma tbiegħdux mill-ispazju tal-ajru internazzjonali u bil-konsegwenza li ma kenux meqjusin bħala theddida.
Ir-Russja u ċ-Ċina, fil-passat, organizzaw eżerċizzji – jew patrols – simili bejniethom u meta l-ajrupani militari tar-Russi regolarment itiru minn fuq il-Baħar ta’ Bering.
Sadanittant, dan il-patrol tar-Russja u ċ-Ċina kien ukoll l-ewwel darba li l-bombers taż-żewġ pajjiżi kienu nvoluti f’eżerċizzju konġunt fin-naħa ta’ fuq tal-Paċifiku.
Madankollu, ir-Russja u ċ-Ċina t-tnejn għamluha ċara li t-titjiriet tal-bombers ma kenux ‘immirati lejn pajjiż ieħor partikulari’ u li l-patrol kien wieħed ta’ rutina.
Iċ-Ċina anki bagħtet messaġġ li ‘il-patrol ma kellu x’jaqsam xejn mas-sitwazzjoni reġjonali u internazzjonali tallum’ – iżda Lisa Murkowski, bħala s-Senatur ta’ Alaska, ma żammitx lura milli tfisser l-azzjoni tal-ajru bħala ‘provokazzjoin bla preċedent minn żewġ pajjiżi avversarji’.
//= $special ?>