Lokali

Anke Andrew Azzopardi jaqbel li għandu jiftaħ il-Parlament b’urġenza

“Il-Parlament għandu jiftaħ immedjatament”.

Hekk iddikjara d-Dekan fl-Università ta’ Malta Andrew Azzopardi meta fl-aħħar sigħat iddikjara ruħu favur li l-Parlament jiftaħ b’urġenza biex jiddiskuti l-kriżi preżenti, kif talab il-Kap tal-PN Bernard Grech.

Azzopardi insista li din hi “kriżi nazzjonali”, tant li appella biex anke l-President ta’ Malta titkellem.

Dan huwa l-messaġġ li ħalla l-Prof. Andrew Azzopardi

-Waqt illi hemm ruxmata nies li kellhom rwol fi tmexxija jispiccaw jitressqu ghall-akkuzi serji ta’ serq tal-gid tal-pajjiz…

…hemm vizibilju nies bi problemi ta’ faqar li m’ahniex nindirizzaw…

-Waqt illi hemm min mhux isib tarf kif jiggverna ghax mohhu fic-cafcif…

….hemm vizibilju nies jippruvaw jaghmlu ordni f’ hajjithom b’ tant diffikulta’ ghax mhux privileggjati…

-Waqt illi hemm min seraq s-sahha lil haddiem, halla magni tal-cancer mhux uzati, cahhad studenti minn binjiet fejn jistudjaw….

….hemm min mohhu kif jibqa’ jiehu kuntratt wara l-iehor anke waqt dan il-chaos kollu….

-Waqt li hemm min sar sinjur zghir, sorry kbir, ghax bravu hafna u jifhem f’ kollox anke fl-ghasafar u fil-football…

…hemm min salbuh ghax tawh xi rigal biex jivvutalhom jew remewh taht tal-linja ghax ma baqax jperper il-bandiera minhabba r-riha ta’ mizza….

-Waqt li hemm min mohhu biex jara kif johrog jfuh…

…hemm min qed isofri s-shana fid-detenzjoni, jghix barra, jissielet mal-addictions.

Din krizi nazzjonali.

Qed nistenna li:

1. Il-President ta’ Malta tiddikjara ruhha fuq dan il-chaos

2. Jiftah il-Parlament u jigu diskussi dawn il-problemi

3. Tigi kkonsidrata elezzjoni generali

4. Ic-civil, li suppost huwa l-benniena tal-burokrazija gusta, jigi riformat mill-qieh hekk kif qed naraw nies fl-ghola livelli jikrollaw taht il-pressjoni tal-politici u l-pjaciri – u allura fallew

5. Il-Ministri attwali mhux dikjarazzjoni t’ assi biss jaghmlu registru, cioe’ lista tan-nies li hadmu maghhom, gew f’ kuntatt maghhom, li ppruvaw jinfluwenzawhom ghax issa mhux nemnuhom aktar

6. Insahhu l-ligi tal-whistle blower halli verament minghandu xi jghid jghidu

7. Insahhu il-Qrati ghax huma s-salvazzjoni tagħna

8. Is-soċjetà ċivili terġa’ tibda tipprotesta b’ aktar qawwa

9. Għandna bżonn l-leadership politiku, socjali, tal-unions jitfacca b’ aktar sahha u konvinzjoni u jqumu mir-raqda

10. L-MCESD tinghata rwol ta’ governanza b’ aktar sahha, b’ aktar gurisdizzjoni sakemm il-klassi politika tfieq

Dan pajjiz marid fil-qalba tieghu. Kif jghidu bl-ingliz, it has caught on us. Jekk mhux ha naraw tibdil radikali kollox ha jsir suf, insomma kollox beda jsir suf.